Mur għall-kontenut ewlieni
Jum l-Ewropa 2023
Merħba f’Jum l-Ewropa (#EuropeDay)

Esplora l-avvenimenti u l-attivitajiet tagħna u tgħallem aktar dwar l-Unjoni Ewropea.

Jum l-Ewropa jfakkar l-iffirmar tad-“Dikjarazzjoni ta’ Schuman” fid-9 ta’ Mejju 1950. Dan kien pjan ambizzjuż biex tiġi żgurata l-paċi fit-tul fl-Ewropa ta’ wara l-gwerra meqjus bħala l-bidu ta’ dik li issa hija l-Unjoni Ewropea.  

F’Mejju li ġej l-istituzzjonijiet tal-UE jistednuk għal firxa wiesgħa ta’ attivitajiet fl-Istati Membri kollha tal-UE, kif ukoll fil-pajjiżi fejn jinsabu l-istituzzjonijiet tal-UE: Brussell, il-Lussemburgu u Strasburgu. Peress li l-2023 hija s-Sena Ewropea tal-Ħiliet, l-UE hi ħerqana li tgħin lin-nies jiksbu l-ħiliet it-tajba għal impjiegi ta’ kwalità u li tgħin lill-kumpaniji jindirizzaw in-nuqqas ta’ ħiliet.  

Ara l-istqarrija għall-istampa tagħna

Attivitajiet skont l-istituzzjoni

Il-Parlament Ewropew

Involvi ruħek f’firxa wiesgħa ta’ attivitajiet interattivi fi Brussell, Strasburgu, il-Lussemburgu u fl-Ewropa kollha u ngħaqad magħna biex niċċelebraw Jum l-Ewropa flimkien!

Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill tal-UE

Ibda vjaġġ sabiħ f’dar l-Istati Membri! Skopri fejn il-mexxejja tal-UE jieħdu d-deċiżjonijiet u tgħallem kif il-Kunsill isawwar il-futur tiegħek.

Il-Kummissjoni Ewropea

Tixtieq tkun taf kif qed inpoġġu l-ħiliet fiċ-ċentru u nagħmlu lill-UE aktar ekoloġika, aktar sikura u aktar b’saħħitha? Tgħallem aktar u esplora firxa ta’ attivitajiet online, tkun fejn tkun

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

Tixtieq tkun taf kif taħdem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE u kif id-deċiżjonijiet tagħha jaffettwaw direttament il-ħajja taċ-ċittadini tal-UE? Ejja żurna fid-9 ta’ Mejju u tinsiex issegwi l-kontijiet tal-media soċjali tagħna għal firxa ta’ attivitajiet online tkun fejn tkun.
Homepage - ECB

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)

Jum l-Ewropa (#EuropeDay) tal-2023 hu partikolarment speċjali peress li din is-sena niċċelebraw il-25 anniversarju tal-BĊE, li ġie stabbilit fl-1 ta’ Ġunju 1998.

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri tivverifika li l-fondi tal-UE jintefqu b’mod korrett u effiċjenti. Skopri aktar dwar kif jaħdmu l-awdituri tal-UE u dwar kif jgħinu biex il-QEA tipproteġi l-flus taċ-ċittadini tal-UE.

Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE)

Dawra mad-dinja f’jum wieħed! Skopri x’qed tagħmel l-UE għal dinja aħjar, tkellem mal-Ambaxxaturi tal-UE, ipparteċipa f’sessjonijiet ta’ ħidma, segwi mużika live u prestazzjoni artistika minn pajjiżi differenti!
EESC homepage

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE)

Ejja żurna u skopri l-ħidma tal-unika istituzzjoni tal-UE li tirrappreżenta s-soċjetà ċivili organizzata, inklużi l-impjegaturi, il-ħaddiema u gruppi oħra ta’ interess bħall-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, l-ambjentalisti, il-konsumaturi, u l-gruppi tan-nisa.

Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR)

Tgħallem aktar dwar l-istituzzjoni li tirrappreżenta r-reġjuni u l-ibliet tal-UE u dwar x’jagħmlu għalik il-politiċi eletti reġjonali u lokali. Esperjenza d-diversità tal-ħiliet, il-kultura u t-tradizzjonijiet fil-Festival tar-reġjuni u l-ibliet!
European Investment Bank (EIB) - Image

Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI)

Skopri kif il-bank tal-UE qed jibni rkupru ekoloġiku b’investimenti klimatiċi li joħolqu impjiegi li jibqgħu validi fil-futur għaċ-ċittadini Ewropej.

L-UE f’pajjiżek

Il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea qed jorganizzaw avvenimenti ta’ Jum l-Ewropa xi mkien qrib tiegħek. Skopri x’qed jiġri f’pajjiżek u fl-UE kollha billi tikklikkja fuq pajjiż fil-mappa interattiva.

Sena Ewropea tal-Ħiliet

Is-Sena Ewropea tal-Ħiliet għandha l-għan li tgħin lin-nies jiksbu l-ħiliet it-tajba għal impjiegi ta’ kwalità u li tgħin lill-kumpaniji jindirizzaw in-nuqqas ta’ ħiliet fl-UE.