Jum l-Ewropa jfakkar l-iffirmar tad-“Dikjarazzjoni ta’ Schuman” fid-9 ta’ Mejju 1950. Pjan ambizzjuż biex tiġi żgurata l-paċi fit-tul fl-Ewropa ta’ wara l-gwerra meqjus bħala l-bidu ta’ dik li issa hija l-Unjoni Ewropea. L-importanza tal-ħidma għall-paċi fl-Ewropa issa hija aktar u aktar evidenti, aħna u nenfasizzaw l-unità u s-solidarjetà tagħna mal-Ukrajna.
F’Mejju li ġej l-istituzzjonijiet tal-UE jistednuk għal firxa wiesgħa ta’ attivitajiet online u fuq il-post fl-Istati Membri kollha tal-UE, kif ukoll fil-pajjiżi fejn jinsabu l-istituzzjonijiet tal-UE: Brussell, il-Lussemburgu u Strasburgu. Issa li s-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ 2022 se tkun qed tixħet dawl fuq iż-żgħażagħ tal-Ewropa u li l-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa qed tamplifika l-vuċijiet taċ-ċittadini, qatt ma kien hemm żmien aħjar biex ningħaqdu, niddiskutu l-isfidi li lkoll qed niffaċċjaw u noħolqu futur aħjar għall-Ewropa li huwa tajjeb għal kulħadd.
Esplora, online u anki fiżikament, x’qed iseħħ ffl-Ewropa fil-Jum iddedikat għaliha!