Dwarna - L-Unjoni Ewropea Mur għall-kontenut ewlieni
Jum l-Ewropa 2024

Dwarna

L-UE għandha għadd ta’ istituzzjonijiet u korpi li għandhom rwoli importanti fit-tmexxija ta’ kuljum tal-UE. Hemm ukoll għadd ta’ aġenziji speċjalizzati u entitajiet deċentralizzati li jwettqu firxa ta’ kompiti tekniċi, xjentifiċi jew maniġerjali.

Kompli aqra biex titgħallem x’inhuma u x’jagħmlu.

Il-Parlament Ewropew hu magħmul minn membri eletti direttament minn kull pajjiż tal-UE, li jiddibattu u jemendaw il-liġijiet.
Il-Kunsill Ewropew hu fejn jiltaqgħu l-kapijiet ta’ stat u ta’ gvern tal-UE. Ippresedut mill-President tiegħu, dan jistabbilixxi d-direzzjoni politika ġenerali tal-UE.
Il-Kunsill tal-UE jlaqqa’ flimkien il-ministri nazzjonali li jadottaw liġijiet u jikkoordinaw il-politiki f’diversi oqsma. Bħalissa huwa ppresedut mill-Iżvezja.
European Commission - Teaser
Il-Kummissjoni Ewropea tipproponi liġijiet, tiddefendi t-trattati tal-UE u tieħu ħsieb it-tmexxija ta’ kuljum tal-UE.
Il-BĊE jieħu ħsieb l-euro. Għandu l-għan li jżomm il-prezzijiet stabbli u jikkontribwixxi għas-sikurezza u s-solidità tal-banek Ewropej.
Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri hi l-awditur estern tal-UE. Din taġixxi bħala l-gwardjan indipendenti tal-interessi finanzjarji taċ-ċittadini Ewropej.
Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) hu l-korp diplomatiku tal-Unjoni Ewropea. Sa mill-2011, is-SEAE jwettaq il-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni tal-UE biex jippromwovi l-paċi, il-prosperità, is-sigurtà, u l-interessi tal-Ewropej fid-dinja kollha.
Il-KESE huwa korp konsultattiv tal-UE. Jikkonsisti minn rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili mill-Istati Membri li jikkontribwixxu għat-tfassil tal-liġijiet tal-UE.
Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR) hu l-vuċi tar-reġjuni u l-ibliet fl-Unjoni Ewropea (UE). Huwa jirrappreżenta l-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea u jagħti pariri dwar liġijiet ġodda li jkollhom impatt fuq ir-reġjuni u l-ibliet (70% tal-leġiżlazzjoni kollha tal-UE).
Il-Bank Ewropew tal-Investiment huwa proprjetà tal-Istati Membri tal-UE u jagħti self fit-tul għal proġetti li jikkontribwixxu għall-għanijiet ta’ politika tal-UE bħall-klima, it-trasport jew l-innovazzjoni. Mill-inqas nofs l-investimenti annwali tal-BEI jmorru għal proġetti rilevanti għall-klima.